Minn hawn u ftit ieħor toqrob il-festa tal-Padrun Irlandiż, San Patrizju. Din il-festa tiġi ċċelebrata fis-17 ta’ Marzu, din id-data hija familjari mal-ġurnata tal-mewt tiegħu għaliex jingħad li San Patrizju miet nhar is-17 ta’ Marzu tas-sena 461 w.k.
Fl-Irlanda, din il-festa tiġi ċċelebrata bil-kbir peress li San Patrizju huwa l-padrun tal-Irlanda, dan għaliex hu kien il-qaddis li wassal il-Kristjaneżmu fl-Irlanda. Għal din il-festa ġewwa l-Irlanda, jintlibes il-kulur aħdar għaliex il-kulur aħdar huwa marbut mal-Irlanda minħabba s-shamrock, b’hekk l-istatwa ta’ San Patrizju tkun imlibbsa bl-aħdar.
Għalkemm il-mistoqsija hija… Il-Maltin kif jiċċelebrawha din il-festa? Għal Maltin din hija biss festa li tiġi u ttihom l-opportunità li jieħdu grokk iżjed mis-soltu. Għalkemm jinġemgħu eluf ta’ nies f’ismu kemm fil-Furjana kif ukoll f’San Ġiljan, ma jfissirx li dawk huma xi devoti tiegħu, lanqas xejn, għaliex kważi kważi lanqas nofshom ma jkunu jafu min hu jew dwar l-istorja ta’ dan il-qaddis.
Għalkemm San Patrizju huwa qaddis li għandna ħafna x’nitgħallmu minn ħajtu, ftit jafu fuqu. Huwa aktar magħruf bħala l-Padrun tal-Birra, jew aħjar, tas-sakranazzi għaliex dakinhar tal-festa tiegħu dawn żgur li ma jonqsux!
Miktuba minn
Sarah Grech 8.9